Dakinhar il mort is-suq man-nanniet.
Il-Ġimgħa fil-vaganzi tas-sajf mort is-suq taż-Żejtun. Il-jum kien xemxi b'naqra żiffa.Jiena mort bir-rota u n-nanna u n-nannu ġew bil-mixi għax qalu li riedu jirqaqu naqra. Aħna morna f'nofsinhar biex ma jkunx id-dlam. Kien żiffa ħafifa.
Is-suq ma tantx kien hemm nies għax il-ġimgħa l-monti ma jarmax imma rajt tifla. It-tifla ġiet maz-ziju u bdiet titgħallem ir-rota. It-tifla tidher sena iżgħar minni. Meta bdejt insuq ir-rota bdejt nisma' kelb jinbaħ. Wara ġie kelb kollu suf abjad u kien ħelu ħafna. Dan il-kelb ma kellux kullar imma ma ġibtux id-dar għax jekk il-kelba tan-nanna tara kelb ieħor tiġġennen.
Malli bdejt iktar 'il bogħod bdejt inxomm riħa ta' fjuri. In-nannu u n-nanna għajjew jimxu warajja u qaluli li se jmorru jpoġġu fuq ċint.
Jiena ma ltqajt ma' ħadd imma xorta ħadt gost nilgħab waħdi. Malli wasalt id-dar ħassejtni għajjiena għax ġrejt ħafna. Nixtieq il nerġa' mmur l-Erbgħa għax nistgħu mmorru nixtru.