Annimal li ghandna fid-dar
Jiena nhobb hafna l-annimali ghax dejjem ikunu hemm ghalik meta jkollok bzonn l-ghajnuna taghhom, u ghalhekk jien inrabbi kelba. Din il-kelba jisimha Melody. Ghandha tliet xhur.
Jien minn dejjem kont xtaqt annimal, u f'gheluq snini xtrajtha minghand il-hanut tal-annimali. Ghanjnejha huma kannella, u qisha tikka. Melody hija ubbidjenti, imma tqalleb kullimkien!
Melody torqod fis-salott, go kaxxa b'kutra u mhadda zghira. Imma tippreferi torqod fuq it-tapit fil-kamra tieghi. Melody u jien inhobbu nilaghbu flimkien...ghalkemm gieli noqoghdu ninku lil xulxin, ezempju meta tkun rieqda noqghod immissha u wara tqum, imma ma tkunx taf min kien.
Jiena niehu hsieb lil Melody billi nehodha dawra fil-kampanja, naghtiha x'tiekol, x'tixrob u nnaddafha. Nehodha wkoll ghand il-veterinarju meta jinqala' xi haga u tkun ma tiflahx.
Jien inhobb hafna lil Melody ghax hija l-aktar habiba li ghandi. Melody hija specjali ghax dejjem izzommli kumpanija Nixtieq naghmel appell biex ma jahqrux l-annimali ghax huma jweġġgħu u ghandhom qalbhom bhal taghna u jhossu.