Djalogu bejn tuffieħa u ċ-ċikkulata

Tuffieħa: Bonġu Sinjorina Ċikkulata!

Ċikkulata: Ara min hawn! Bonġu Sinjura Tuffieħa! kif int?


Tuffieħa: Jien niensab tajba grazzi, u int?


Ċikkulata: Jien ukoll inħossni tajba għalkemm kulħadd jgħajjarni li jien mhux tajba għas-saħħa.


Tuffieħa: Jien tajba għas-saħħa mhux bħalek. Jien frotta bnina u kulħadd iħobbni

It-Tlieta 24 ta' Novembru, 2020

Ċikkulata: Anke lili kulħadd iħobbni speċjalment it-tfal għax għandi togħma tajba

Tuffieħa: Għalkemm it-togħma tiegħi forsi mhux tajba daqs tiegħek, jien għandi ħafna vitamini

Ċikkulata: U allura b'daqshekk?

Tuffieħa: B'daqshekk? Int ħsara lis-snien biss tagħmel!

Ċikkulata: Ara ħa nitlaq l'hemm u mhux se nkellmek iktar. Ċaw!

Tuffieħa: Ċaw!