X'ġurnata dik!

Għażiż djarju,


Għadni ġejja mill-ikla tal-praċett t'oħti. Qabel ma ħriġt mid-dar rajt

lill-ommi tagħmel il-'makeup' u malajr tħajjart biex ngħidilha sabiex nagħmel jien ukoll. Xħin staqsejtha qarrset wiċċha. Jiena meta rajt li telqet mill-kamra qbatt u mort għalih. Meta morna fil-karozza missieri ħares lejja u qalli, '' Kif għandek xuftejk roża?'' Jien weġibt li kont xarrabthom. Hekk kif wasalna l-knisja morna bilqiegħda u oħti qagħdet ma' sħabha. Meta ndunat , il-mama' qaltli biex noħorġu barra biex tkellimni.


Hi qaltli biex inħares lejha. Meta ħarist lejha tgħidx kemm gergret miegħi u qaltli biex nimsaħ wiċċi. Meta erġajna dħalna fil-knisja rajna lil kulħadd rieqed. Tgħidx x'qatgħa ħadet il-mama'! Jiena staqsejtha fejn kien l-arċipriet. Qaltli li ma kinitx taf. Meta dorna s-siġġijiet ma' rajtx lil oħti u tgħidx kemm kbejt! Ġrejna biex inqajmu lill-missieri. Imma l-anqas għajta ta' ljunfant ma tqajmu lil dak! Jien għadt lill-mama' biex infittxu fil-knisja. Sa fl-aħħar rajt lil oħti rieqda f'kamra u sejjaħt lil ommi. Meta dħalna ġol-kamra rajt l-arċipriet marbut b'ħabel.


Sa jkolli nħallik bil-kurżita u nkompli nirrakonta darb'oħra. Skużani li ser ikolli nitlaq imma tassew għandi ngħas li sejra norqod!


Dejjem tiegħek,

Ella6Ella