Il- magna taż-żmien.

Konna qegħdin nilagħbu meta ommi sejħitilna biex nerfgħu kollox biex immorru għand in-nanna. Dħalna fil-karozza u tlaqna. Kien hemm ħafna traffiku. It-temp kien bnazzi. Meta wasalna morna ħdejn in-nannu. Imma ma stajniex insibuh allura morna fil-garaxx biex naraw jekk kienx hemm. Imma ma kienx hemm. Minnflokk in-nannu rajt magna. Magna roża. Kien hemm miktub 'Idħol ġo fiha'.



Mela jien u oħti dħalna ġo fiha. Kien hemm ħafna buttuni. Kien hemm mikrofonu biex ngħidu fejn ridna mmorru. Jiena ndunajt li kienet magna taż-żmien. Jiena u oħti ddecidejna biex immorru fil-futur.



Wasalna fil-futur rajt lil oħti ikbar u kellha tnax -il sena. Kienet qiegħda tistudja. Fil kamra l-oħra rajt lili ikbar. Fil-fatt kelli għoxrin sena. Kont qiegħda ġo ħanut nixtri ħwejjeġ. Wara rajt lil ħabiba tiegħi.Kienet qiegħda tixtri miegħi. Oħti saret għalliema u jiena sirt għalliema taż-żfin.



Meta sar il-ħin ommi għajtitilna. Ma ridniex mmorru. Tlaqna mill-futur. Ħriġna mill-magna u morna ħdejn ommi.Għidna lin-nanna saħħa u tlaqna.




l