Djalogu ma' Santa Klaws.




Jien: Bonġu Santa Klaws!

Santa Klaws: Bonġu Jake!

Jien: X'qiegħed tagħmel hawnhekk?

Santa Klaws: Jien ġejt biex inqassam ir-rigali.

Jien: Ġo dik il-barżakka hemm rigal għalija?

Santa Klaws: Iva, jekk inti bravu?

Jien: Jien qgħadt bravu ħafna matul is-sena.

Santa Klaws: Eeeeeeeee! Għandi rigal sabiħ.

Jien: Grazzi ħafna Santa Klaws! Nista' niftaħ ir-rigal?

Santa Klaws: Ma tistax. Filgħodu dakinhar tal-Milied tista' tiftħu.

Jien: Nisma' minnek mela Santa Klaws. Niftaħ ir-rigal f'jum il-Milied. Saħħa u l-Milied it-tajjeb!

Santa Klaws: Grazzi, il-Milied it-tajjeb.

Jien: Ċaw Santa Klaws.