Vjaġġ fuq tal-linja

Kienet ġurnata xemxija ħafna, jiena u ommi konna qed nistennew għall-karozza tal linja biex immorru Birżebbuġa. Aħna ma stennejniex ħafna, forsi xi għaxar minuti u wara ġiet u tlajna.

Xħin aħna tlajna fuq il-karozza tal-linja, indunajna li kien hemm ħafna nies, tfal żgħar, nies xjuħ, tarbija li għamlet ħafna storbju u xi zghazagh ukoll. Xi tfal fuq dik l -Arriva kienu qed jorqdu u xi ftit kienu mqajmin ukoll, kien hemm ħafna nies! Jiena kont qed nieħu pjaċir imma widneja ma ħadux daqshekk pjacir għax dik it-tarbija li semmejt qabel kienet qed tibki u tagħmel ħafna storbju, jiena ippruvajt insodd widnejja imma kien kollu għalxejn għax it-tarbijaienet qed tagħmel ħafna storbju! Wara ftit minuti in-numri tan- nies bdiet tinżel għax ħafna minnhom sabu d-destinazzjoni tagħhom, anki t-tarbija telqet! Jiena ħassejt lil-widnea jieħdu ħafna pjaċir. Wara ftit ħin jienaindunajt li ma kelli xejn interessanti x'nagħmel, mela saqsejt l 'ommi għal mowbajl tagħha, hi qaltli iva u wara ftit sekondi sibt lili nnifsi nilgħab "Super Mario".

Xħin waqft milli nilgħab, jiena ħarist mit -tieqa u rajt li aħna kważi wasalna u fi ftit minuti, aħna nżilna mil-karozza tal-linja wkoll. Aħna ħadna ħafna pjacir Birżebugga, domna hemm xi siegħa u nofs u wara rġajna tlajna fl-Arriva biex imorru lura d-dar.

Jiena ħadt ħafna pjaċir f'dik il-ġurnata u nixtieq li xħin nerġa nitla fuq karozza tal-linja, nieħu pjaċir ukoll.