Serqa fit-triq tiegħi

Darba waħda kien hemm żewġ ħallelin li daħlu ġo dar mit-tieqa. Il-ħallelin użaw xi għadda biex jiftħu t-tieqa. Huma marru f'nofs ta' lejl u kien hemm skiet taqtgħa b'sikkina. Il-ħwejjeġ tql-ħallelin kienu suwed tuta. Il-mara l-anzjana semgħet ħoss u lemħet lill-ħallelin deħlin ġod-dar inkiss inkiss u ċemplet lill-pulizija. Il-ħallelin sparati daħlu ġol-kamra tas-sodda u sabu teżor! Il-ħallelin ma sabu xejn aktar minbarra t-teżor. Ġot-teżor iż-żgħir sabu ħafna ġojjelli u ħallew ħerba. Fl-aħħar waslet il-karozza tal-pulizija. Il-pulizija qabduhom fil-fatt ħerġin mid-dar. Il-ħallelin baqgħu skantati malli raw il-karozza tal-pulizija. L-anzjana ċemplet lill-ġara u qaltilha bis-serqa. L-anzjana ħadet il-ġojjelli lura u l-ġara irringrazjatha waqt li l-ħallelin spiċċaw il-ħabs. Kollox spiċċa b'wiċċ il ġid.