Il- bieraħ filgħaxija morna nieklu għand in-nanna. Bħalissa qiegħed joqgħod il-kuġin tan-nannu, li jismu Andrew, magħha. Ġie mill-Awstralja għall-vaganza f'Malta. Peress li kienet żiffa ħelwa ddeċidejna li mmorru mixja flimkien, dawra ma' Santa Lucija. Imxejna mixja twila u wara morna sal-bandli. Kien hemm ħafna tfal jilgħabu u magħhom bdejt nilgħab il-futbol u noli. Wara n-nanna xtratli ġelat tajjeb tal-vanilla. Tgħidx kemm ħadt pjacir u nixtieq li l-ġimgha dieħla nerġa mmur!
Summer Challenge 3 - Mixja