L-isfilata tal-Karnival

Is-sena l-oħra jiena,il-familja tiegħi,il-kuġini u z-zijiet morna l-isfilata tal-karnival.Aħna morna l-Belt għax hemmhekk ikun hemm ħafna karrijiet sbieħ.Kien hemm ħafna ħafna nies.L-iktar karru li għoġobni kien tal-unicorn għax kien ikkulurit ħafna u għax jiena kont ilbist l-istess kostum.L-iktar karru li ma għoġobnix kien ta Mr Bean għax Mr Bean ma tantx kien sabiħ u l-affarjiet li kienu warajh ma kinux jaqblu ma` Mr Bean.Jiena u l-familja tiegħi morna fejn kastilja u rajna ħafna żeffiena jiżfnu. Kien hemm raġel li beda jbigħ ħafna maskri tal-Karnival u ħafna ikel tal Karnival bħal perlini u prinjolata.Jiena

u l-kuġini bdejna niżfnu mal-Innu tal-karnival wara ftit rajna lil JoMike u Lydin jgħidu xi makjetti sbieħ tal-karnival!Kien hemm karru u fuqu kien hemm ħafna annimali bħal iljuni,ġiraffi u iljunfanti.

Meta morna fejn il-Burger King kien hemm mara tgħidx kemm bdiet tbiegħ pupi taċ -ċarruta,softoys u.......ħafna aktar.Il- kostum tiegħi kien ta' unicorn u l- kuġina tigħi libset ta unicorn ukoll!Jiena nħobbu l-karnival għax vera sabiħ u għax ikun hemm ħafna kuluri sbieħ.