Il-giddieb għomru qasir

Waqt il-vaganzi tal-karnival, kuġinti Sandra kienet tiġi d-dar tagħna. Ommha kienet tkun xogħol u sakemm tiġi, l-kuġina kienet toqgħod magħna.


Konna nħobbu npenġu u naraw it-televiżjoni. Kuġinti għandha ħames snin u kienet tkun trid tilgħab bil-pupi u l-ballun. Ommi ma tiħux pjaċir li nilagħbu bil-ballun ġewwa imma Sandra bil-fors riedet tilgħab. Sakemm ommi ħarget tonxor bdejna nilagħbu u f'daqqa waħda smajna ħoss kbir.

Sandra bdiet tibki u ommi daħlet tiġri. Kif rat il-vażun imkisser lanqas tkellmet, bdiet tibki. Il-vażun kienet tagħtulha n-nanna tagħha qabel mietet. Sandra bdiet tgħid li l-vażun kissirtu jiena u ommi ma riditx temminni li mhux veru. Qaltli li suppost kont qed nieħu ħsiebha u li setgħet weġġat bil-ħġieġ għax dik għadha żgħira. Minħabba li Sandra gidbet, jien qlajt kastig.

X'ħin ziti ġiet mix-xogħol, ommi qaltilha x'ġara u Sandra bdiet tibki. Lil ziti qaltilha li l-vażun ma kissritux apposta u ommi ndunat li jien kelli raġun. Sandra malajr inqabdet li gidbet għax il-giddieb għomru qasir.

U jien u ommi għamilna ħbieb u ħfirtilha li ddubitat minni