magdamaria@posta.com.mt

emily.catania@internet.com.mt

12-7-2018

Tislijiet minn Għawdex

Għażiża Magda,


Jiena tajba u int kif int? Grazzi tal-ittra li bgħattli. Jiena qiegħda Għawdex ukoll kumbinazzjoni, u qed noqgħod ix-Xlendi. Dawn il-ġranet vera kienu sħan u qed immorru ħafna baħar. Jiena issa bdejt nismar mhux ħażin.


Il-ġenituri tiegħi qalu li nista' niġi għandek. Taf kemm jien ferħana. Jiena vera nieħu gost meta mmur il-baħar għax niffriska ftit. Filkas aħna nkunu nistgħu mmorru flimkien u tgħidx kemm nieħdu gost.


Grazzi ħafna talli stedintni. Filkas ċempilli fuq 99746118 u nkunu nistgħu niftehmu meta u x'ħin ser niltaqgħu.

Narak,


Emily