Froġa fil-ħobż

Illum sajjart froġa fil-ħobż. Għall-froġa għandek bżonn żewġt bajdiet,ħalib,melħ,bżar,żejt taż- żebbuġ,ħobż,tadam,furketta,skutella żgħira,injama li tqatta fuqa,taġen,mgħarfa tal-injam,sikkina,platt u gradilja tax-xiwi .


Il- metodu huwa wieħed faċli.Tibda billi tifsoq żewġt bajdiet ġo skutella,itfa il-melħ,bżar u ħalib,ħawwad it-taħlita b'furketta,u saħħan iż-żejt fit-tagen. Meta jisħon iż-żejt itfa it-taħlita fit-tagen, ħawwad it-taħlita billi tuża l-imgħarfa tal-injam, sajjarha sakemm ma jiqbax likwidu. Itfa żewġt biċċiet ħobż fuq il-gradilja tax-xiwi meta tkun sħuna. Aqsam żewġt tadamiet u itfaħħom fuq il-ħobz u l- froġa fuq il-platt.Din l-ikla għoġbitni ħafna u nixtieq nibda nikolha spiss.





















































































Illum

bajdiet

mgħarfa

gradilja

imgħarfa

għoġbitni