Ir-Robot

Ir-robot jismu Spiru. Dan ivvintah Sam l-inventur. Ir-robot hu magħmul mill-ħadid.


Spiru r-robot għandu żewġ skrejjen. Dawn jużhom biex itir fil-għoli u jara iżjed fil-bogħod.


Dan għandu wkoll erba' kameras biex jara mal-ġnub u jara quddiemu.


Ir-robot għandu sitt saqajn u dawn jitwalu u jiqsaru skont il-bżonn biex jimxi ġol-baħar u sabiex ikun jista' jgħaddi minn kullimkien.


Għandu żaqqu ħoxna għax hija tank taż-żibel.


Dan ir-robot għandu martell biex isammar l-imsiemer mal-injam li jsib barra ħalli ma jweġġgħux in-nies.


Spiru r-robot jintuża biex inaddaf il-qiegħ tal-baħar mill-iskart li jarmu n-nies.


Idejh huma vacuum biex jiġbor il-ħmieġ mill-art.