Djalogu bejn Ċikkulata u Tuffieħa


Narratur: It-tuffieħa u ċ-ċikkulata qedgħin f'ħanut li għadu kemm jiftaħ.


Tuffieħa: Bonġu sinjorina ċikkulata!!

Ċikkulata: Bonġu!

Tuffieħa: Kif inti illum?

Ċikkulata: Tajba imma naqra għajjiena.

Tuffieħa: L-aqwa li tinstab tajjeb.

Ċikkulata: Veru...ħa naraw min ser jintagħżel illum.

Tuffieħa: Naf żgur li jien ser nintagħżel.

Ċikulata: U ejja!! Nafu li jien itjeb.

Tuffieħa: Jien iktar mimlija enerġija u żgur iktar sustanzjuża.

Ċikulata: Jien dejjem jagħżluni għax jien tajba fit-togħma.😏

Tuffieħa: Hawn nies inħobbuni iżjed minnek.


Narratur: F'daqqa waħda waslet Joanne u hi għażlet lit-tnejn li huma.


Ċikkulata: AHHHHHHHHHH!!!

Tuffieħa: AHHHHHHHHHH!!!


Narratur: Waslu d-dar u Joanne poġġiet lit-tuffieħa u ċ-ċikkulata fil-friġġ.


Tuffieħa: Hawnhekk fejn qedgħin?

Ċikkulata: AHHH!! Dan x'inhu ħdejja? Eh, it-tuffieħa. Mela inti hawn ukoll?

Tuffieħa: Daqs kemm inti għajjiena lanqas kont indunajt li qiegħda ħdejk?

Ċikkulata: Leeee!!


Narratur: Joanne daħlet fil-kċina u fetħet il-friġġ biex tagħżel lil min se tiekol.


Ċikkulata: WASAL IL-ĦIN tal-verita'!!!


Narratur: Joanne għażlet lit-tuffieħa.


Tuffieħa: VIVA IS-SAĦĦ.....


Narratur: Joanne laħqet gidmet lit-tuffieħa!