L-animal favorit tiegħi



L-annimal favorit tiegħi hu l-'guinea pig' għax hu annimal ħelu u kwiet. Id-dar għandi 'guinea pig', seba' hamsters u żewġt għasafar. Il-'guinea pig' jismu Carl u l-kulur tiegħu hu kannella, abjad u iswed. Għajnejh huma suwed tuta. Missieri ġabli lil Carl madwar għaxar xhur ilu. Lil Carl kuljum nagħtih x' jiekol u x' jixrob. L-għaxqa tiegħu meta nagħtih xi biċċa karrotta xi jgerrem u tgħidx kemm jieħu gost meta nħallih jimxi fit-terrazzin. Lil Carl innaddaflu l-gaġġa kull nhar t' Erbgħa u nhar ta' Sibt. In-nanniet u z-zijiet tiegħi għandhom il-klieb u l-għaxqa tiegħi meta mmur għandhom u noqgħod nilgħab magħhom.