Serqa f'ħanut tal-ħelu

Darba waħda, kien hemm serqa f'ħanut tal-ħelu il-Belt Valletta u jien ġieli mort għandu dal-ħanut. Kien il-ħamsa u għoxrin ta' Jannar, elfejn u għoxrin, kienet ġurnata xemxija għal-ħabta tat-tlieta ta' wara nofsinhar. Il-ħallelin ma użaw xejn biex jidħlu għax il-bieb kien miftuħ. Il-ħallelin sabu ħafna ħelu u ħafna flus u serqu kull ma sabu. Wieħed mil-ħallelin qabdu l-ġuħ u qal lil ħalliel l'ieħor 'qed jaqbadni l-ġuħ, naħseb li ħa nieħu ftit ħelu ukoll' 'għamel li'trid' qallu l-ħalliel l-ieħor. Sid il-ħanut ċemplet lil pulizija u pruvat iżżomm lil ħallelin fil-ħanut sakemm jiġu l-pulizija. Malli waslu l-pulizija l-ħallelin marru l-ħabs. Fl-aħħar kollox spiċċa b'wiċċ il-ġid u l-ħallelin ħadu tagħlima li qatt m'għandhom jisirqu f'ħajjithom.