Il-Mużew tal-istorja Naturali
Is-Sibt li għadda fil-vaganzi ta' Jamie, Jamie u l-ġenituri tiegħu Maria u Justin marru l-mużew tal-istorja naturali li qiegħed l-Imdina. Hemmekk ġew esebiti l-friefet. Kien temp bnazzi ħafna. Huma daħlu fl-ewwel kamra u hemmekk sabu grupp ta' friefet. Huma kienu qed jaraw il-friefet li kien hemm ġol-kaxxa tal-injam.
Maria u Justin, il-ġenituri ta' Jamie, telqu ġot-tieni kamra u huma kienu mingħalihom li Jamie kien qiegħed warajhom imma x'ħin Jamie kien tielaq għal ħdejn il-ġenituri tiegħu, tar il-farfett l-ikħal. Hu staġeb, lanqas ried jemmen lil għajnejh x'ħin rah quddiemu!
X'ħin marru d-dar, għall-ewwwel Jamie ma ried jgħid lil ħadd. Imma mbgħad qalbu ħebbritu li kien se jiġri xi ħaġa u ommu u missieru kienu se jkunu jafu allura għamel kuraġġ u qalilhom. X'ħin semgħu b'dik l-aħbar, ħadu qatgħa kbira ħafna.