Ir-Raħal jew Belt fejn noqgħod - Ħal Tarxien
Jiena noqgħod f'raħal sabiħ jismu Ħal Tarxien. F'Ħal Tarxien, minkejja li huwa raħal żgħir, hemm ħafna affarijiet interessanti x'tara. It-tempji megalitiċi u anki l-oqbra Feniċi u Rumana, huma xhieda li r-raħal ilu abitat għal iktar minn 5,000 sena.
It-toroq tal-parti antika ta'Ħal Tarxien, huma dojoq u mserpin. Filwaqt li it-toroq l-oħra tar-raħal, li huma viċin ta'Raħal Ġdid, huma iktar wesgħin u dritti. Fit-toroq ta'Ħal Tarxien insibu diversi niċeċ, statwi, djar antiki, palazzi u anki villel.
Matul xi mixja madwar ir-raħal ta'Ħal Tarxien, insibu dawn il-postijiet ta'interess:
- It-Tempji Neolitiċi ta'Ħal Tarxien.
L-erbgħa tempji ġew mibnija bejn 3600 u 2500 BC u ġew skoperti fl-1913 minn
raħħala. Dawn it-tempji huma ddikjarati bħala sit tal-UNESCO World Heritage.
Huma jinstabu fi Triq It-Tempji Neolitici.
2.Il-Knisja Parrokjali tal-Madonna tal-Lunzjata.
Fil-qalba tar-raħal tinstab il-Knisja Parrokjali tal-Madonna tal-Lunzjata.
L-isqof Gargallo kien iddikjara parroċċa fl-1592 u l-knisja ġiet mibnija fl-1610.
Il-knisja qegħda f'Misraħ Ħal Tarxien.