Kienet lejla kwieta bi kwiet tista' taqtagħu b'sikkina.F'daqqa waħda tfaċċaw żewġ ħallelin libsin iswed minn rashom sa saqajhom! Kienu deħlin ġod-dar tal-ġara tiegħi. Imma rathom iz-zija minn wara l-purtiera tal-bieb tal-gallarija! Fil-pront iz-zija ċemplet lill-puluzija!
Il-ħallelin daħlu dritt ġol-kamra tas-sodda tal-ġara u bdew iqalbu l-kxiexen. Wieħed minnhom ra senduq fuq il-gradenza.Huwa għafas il-qalb u infetħet. Ġewwa kien hemm blokok tad-deheb! Huma l-anqas kienu jridu jemmnu lill-għajnejhom. Imma l-puluzija leħqu waslu u bdew jistennew ġol-karozza. Hekk kif il-ħallelin ħarġu, il-puluzija xegħlu d-dawl fuqhom. Il-ħallelin nħasdu tant li waqqgħu s-senduq mal-art.
Il-puluzija qabdu lill-ħallelin u z-zija ċemplet lill-ġara u qaltilha li s-senduq kien qiegħed għandha.