Il-ħanut tal-illużjonijiet u l-bużolotti
Kien is-sibt wara nofsinhar fis-sajf.
Jiena kont miexi ġo sqaq jismu
San Kristofru, il-Belt Valletta.
Dlonk ilmaħt ħanut bl-isem ta’
'Bakketta Maġika'.
Il-ħanut kien jidher mitluq tassew. Għelbitni il-kurżita’, u jiena ddeċidejt li nidħol ġewwa. Hekk kif ftaħt il-bieb insib liz-ziju tiegħi ġol-ħanut li kien mar jixtri bakketta peress li l-bakketta li kellu nkissritlu waqt li kien qed jagħmel il-maġija.
Il-ħanut kellu diversi bużulotti fosthom: karti tal-logħob enormi, muniti li jisparixxu, fliexken taparsi vojta, likwidu splussiv, likwidu li jibdlek f’annimal, bakketta titwal u tiqsar, bżar biex tagħtas, kamera biex tieħu ritratti tad-daħq u bosta affarijiet oħra maġiċi li jġibulek għajnejk wara widnejk. Dan il-ħanut laqatni għax minbarra kien iddekorat fuq stil bil-ġebla Maltija, stil tradizzjonali, mentri min iżda ġewwa kien fuq stil modern.
F’dik il-ġurnata kont kuntent li qtajt xewqti. Peress li issa kont naf fejn qiegħed il-ħanut, jiena bdejt nixtri l-affarijiet maġiċi u mmur nesperimenthom fuq iz-ziju tiegħi, peress li kien illużjonista. Minn dakinhar 'l hawn ġietni il-ħajra biex nitgħallem il-maġija. Wara ħafna prattika, jiena sirt illużjonista professjonali wkoll!
Jayden Galea
Yr 5.2