Il-persuna favorita tiegħi


Il-persuna favorita tiegħi hija Samantha, li tiġi l-mama' tiegħi. Aħna ngħixu fl-istess dar.


Hi għandha wiċċha sabiħ u xagħarha kannella . Għajnejha kannella wkoll u għandha l-karnaġġjon ċar. Bħala tul hi qasira. L-aktar ħaġa li togħġobni fil-karattru tagħha huwa li tieħu ħseibi, paċenzjuża u ferriħija. Hi tagħmel ix-xogħol tad-dar u fil-ħin liberu tilgħab ħafna miegħi bil-ballun. Għaliha, l-iktar ħaġa importanti hija l-familja.


L-aktar li nammira fiha hi li hi kalma. La nikber nixtieq ikolli familja ħa nieħu ħsiebha bħall-mama'!