Il-karnival li ma ninsa qatt.
Kien karnival li qatt mhu ser ninsa! Darba fost l-oħrajn, il familja tiegħi ddecieddiet li tieħu sehoem b'karru fil-karnival.
Minn sena qabel bdejna nippreparaw x'karru ser nagħmlu. It-tema tal-karru ivvintajna li nagħmluha tal-buffi. Dan il-karru għamilnih, kbir b' ħafna kuluri, jiċċaqlaq u bid-dawl.
Fil-jiem tal-karnival ħriġna l-karru mill-maħżen u tellajnih il-Belt Valletta. Tgħidx x'kedda ħadna għax ridna nibżgħu għalih. Kellna l-isfilata bil-karru mat-toroq tal-Belt Valletta. In-nies tgħidx kemm ħadu ritratti mall-karru u mall-kostumi taż-żeffiena. Iż-żeffiena li kienu mall-karru tagħna kellhom kostum tal-buffu mill-isbaħ b'ħafna kuluri.
Il-qofol tal-karnival kien il-Ħadd. Quddiem il-ġurija kellna nagħtu l-isbaħ żifna u l-karru xgħelnih u ċaqlaqnih kollu. Lin-nies waddabnilhom il-ħelu u l-perlini.
Dan il-karnival żgur mhux se ninsih għax gawdejtu ħafna. Fraħt aktar meta rċevejna r-riżultat u qaluna li l-karru tagħna ġie l-ewwel.