Il- Magna taż -żmien

Ilbieraħ filghodu qomt ferħana ntir għax ommi kienet sa toħodni l-Mużew taż-żmien.

Jiena kelli seba mit sema biex nitlaq.L-ewwel ħaġa li għamilt kienet li mmur nilbes u wara nieħu

naqra te' u tlaqt 'l barra.Wara xi kwarta wasalna. Jiena kont eċitata ħafna.



X'ħin dħalna ġewwa morna ġo kamra u ġo din il-kamra kien hemm rokna u fiha kien hemm Magna taż-żmien. Jiena u l-ħabiba għajnejna fuqha mill-ewwel marru . Waqt li ommijietna kienu qed jitkellmnu, aħna morna nkiss nkiss naraw il-magna.



Waqt li konna qed naraw il-magna, dħalna ġo fiha imma waqajt u bi żball għafast buttuna u f'daqqa waħda issakkar il-bieb u spiċċajna msakkrin ġo fiha. Wara ftit kollox beda jiċċaqlaq . Xħin fl-aħħar waqfet u infetaħ il-bieb konna ġo sena komplitament differenti fejn lanqas kien għadha teżisti ċ-ċikkulata u lanqas karozzi, internet jew dawl u kullħad kien jaħdem b'idejh għax ma kinux jeżiżti makkinarju.Jiena u l- ħabbiba tiegħa malajr tlaqna lemm..Dħalna ġol-magna, għafasna l-buttuna u tlaqna 'l hemm . Wara ftit erġajna ġejna l-Mużżew taż-Żmien. Fl-aħħar erġajna morna ħdejn ommijietna u morna lura d-dar. Din l-avventura qatt mhux ser ninsieha .