Vjaġġ fuq tal-Linja

Jiena u sheldon qbadna tal-linja u tlajna fuq għax din ma kinitx tal-linja hija double decker. Din id-double decker kienet nadifa tazza u kellha kulur aħmar u isfar.


L-ewwel li morna kien Marsaxlokk. Kif wasalna Marsaxlokk rajna id-dgħajjes u ħafna nies jistadu. Wara ftit inżilna mill-karozza u morna nieklu f'restorant lussuż. Hekk kif lestejna morna nieklu ġelat.

Fi triqitna lejn Lapsi għaddejjna minn Birżebbuġa. Jiena u Sheldon bqajna ċċassati x'ħin ħarisna lejn il-baħar u rajna denfil sabiħ. Kif wasalna Lapsi tgħidx kif bqajna hekk kif ilmaħna il-karozzi favoriti tagħna armati għal wirja bħal Ferrari, Mclaren, Nissan, Lamborgini u Buggati. Sakemm konna qed nieħdu xi ritratti, Sheldon waqgħalu l-mobajl minn idu u l-iskrijn kien jidher li nqasam ftit.

Iktar tard, qbadna triqitna lejn id-dar u ftehmna li kif naslu nilagħbu Fortnite u niċċekkjaq il-mowbajl ukoll. Ħadna r-ruħ x'ħin indunajna li ma nkisirx u baqa' jaħdem u hekk il-ġurnata għaddiet b'wiċċ il-ġid.