Kompli din il-kitba
Kien il-Ġimgħa tard bilejl u ksaħt għalkemm kont mgħotti b'ħafna kutri. Qomt u x'ħin ittawalt mit-tieqa rajt kullimkien abjad miksi silġ. Kienet l-ewwel darba f'għomri li rajt is-silġ hawn Malta u bqajt b'ħalqi miftuħ. Kont ferħan ħa ntir għax rajt il-ġnien kollu silġ. Kelli seba' mitt sena biex noħroġ il-barra biex nilgħab ma sħabi fis-silġ. Bl-eċċitament mort niġri nqajjem lil missieri u lil ommi. Lanqas huma ma setgħu jemmnu li kien għamel is-silġ mal-lejl. Wara l-kolazzjon ħriġna mill-ewwel fil-ġnien. L-ewwel ħaġa li għamilt kienet li flimkien ma ommi u missieri nagħmel raġel tas-silġ. Wara li lestejnieh għamilnielu għajnejh bil-buttuni, imniehru b'karrotta kbira u libbiesnielu ġakketta sewda u kappell qadim. Imbagħad ħadna ritratt kollha flimkien mar-raġel tas-silġ. Meta ħarġu sħabi bdejna nwaddbu blalen tas-silġ. Tgħidx kemm ħadna gost nilagħbu bis-silġ. Iddispjaċini meta s-silġ inħall u nispera li jerġa jkollna ġranet oħra hekk.