Maltempata kbira u ħsarat kbar

It-Tnejn, 25 ta' Frar 2021

Ilbieraħ seħħet maltempata kbira u ħafna nies spiċċaw bid-dar tagħhom mimlija b'ħafna ilma. Din il-maltempata seħħet filgħaxija, xi s-sitta meta f'daqqa waħda bdiet nieżla xita bil-qliel u ħafna silġ beda jtektek mat-tieqa.


Din il-maltempata laqtet l-iktar in-nies ta' Marsaxlokk, Marsaskala, Birzebbuġa u Tas-Sliema. Waħda mara qiedgħa fil-periklu tal-mewt għax waqgħet siġra kbira u goffa fuqha . Grupp ta' żagħżagħ li kienu barra fuq dgħajsa jinstabu mitlufa fil-baħar. Il-pulizija ħarġu ifittxuhom. Ħafna nies qalu li huma qatt ma raw maltempata bħal din. Il-bidwija gergru li l-għelieqi tagħhom inqerdu bil-maltemp.


Il-Protezzjoni Ċivili qed tavża biex in-nies joqogħdu ġewwa u ma joħorġux jekk mhux għall-bżonn. Huma qed jaħdmu biex inaddfu t-toroq mill-ġebel u s-siġar li waqa'.

Tirrapporta Kayleigh Bonnici

Dan huwa ritratt tal-baħar imqalleb u mewġ li ried jibla' l-art!