Serqa ġo ħanut tal-ħelu




Darba waħda l-ġimgħa l-oħra kien hemm żewġ żagħżagħ jisimhom Kaiden u Jack. Dawn għamlu serqa ġo ħanut tal-ħelu ġewwa Wied il-Għajn biex jisirqu l-flus.



Kaiden u Jack daħlu nkiss inkiss biex ma jismahom ħadd. Irsistew kemm setghu biex ma jdumux ħafna ġewwa l-ħanut tal-ħelu. Il-flus ma nstabux mal-ewwel iżda ma ħallewx ċenteżmu ġol-kaxxiera. Tefgħu kollox ġol-baskett l-iswed tagħhom. Xħin kienu ħerġin mill-ħanut semgħu s-serena tal-pulizija u f'kemm ili ngħidlek it-triq bdiet tixgħel bid-dawl blu tal-karozzi tal-pulizija. Kaiden u Jack ġrew b'kemm kellhom saħħa iżda l-pulizija rnexxilhom jaqbduwhom xorta waħda.



Wara li ġew arrestati mill-pulizija, telgħu l-qorti u l-maġistrata qatgħet is-sentenza li Kaiden u Jack iridu jidħlu l-ħabs minħabba s-serqa li kienu għamlu. Huma ndunaw li għamlu ħazin u qalu li mhux ħa jerġgħu jagħmlu hekk għax billi dak il-ħin ħadu pjacir bl-ammont ta' flus li serqu ma gawdewhomx għax spiċċaw maqfulin ġo ċella.