Tisjira


Il-Ħadd li għadda, jien u ommi, iddeċidejna li nagħmlu dixx imqarrun il-forn. Ommi marret tixtri l-ingredjenti li kien jonqosna. Hi kellha bżonn tixtri pakkett imqarrun, bott zalza tat-tadam, u nofs kilo kkapuljat. Sakemm ommi marret tixtri, jien qgħadt noqgħod nipprepara billi nqatta' l-basla u t-tewm flimkien ma' missieri. Ħriġt ukoll dixx kbir u borma għaz-zalza. Meta ġiet lura hi bdiet issajjar u jien bdejt ngħinha. Dan li ġej huwa l-metodu kif issajjar dan il- platt. L-ewwel għalli l- għaġin fil- misħun. Imbagħad agħmel zalza bit-tadam u l-ikkapuljat. Ħallat kollox ġod-dixx u żid żewġ bajdiet imħabbtin. Aħmi fil-forn sħun. Sabiex sar dam madwar għoxrin minuta fil-forn. Meta kien lest, jien ppreparajt il-mejda u ġiet il-familja kollha biex jieklu. Milli jidher intgħoġob ħafna għax ittiekel kollu!