It-Tlieta 10 ta' Novembru, 2020


Jien Sufan Qadim


Jien sufan qadim. Meta kont ġdid jien kont kannella u sabiħ.Il-ġilda kienet għadha ġdida u tleqq. Kelli saqajja tal-injam ta' kulur aħmar.



Illum il-ġurnata l-kulur tiegħi qed jitlaq, qed nitqatta' qed joħorġu l-molol minni u qed jinqasmu saqajja. Minn ġewwa l-kundizzjoni wkoll ma tantx hi tajba. Il-fowm u l-injam bdew jeqdimu u l-molol li kelli biex min ipoġġi fuqi jħossni artab issa spiċċaw inigżu lin-nies. Bħalissa ninsab ġo post fejn jarmu ż-żibel imma mhux minn dejjem kont ninsab hawn. Qabel jien kont ma' Gużeppi fil-kamra tal-għalqa.


Jien qed nara ħafna boroż taż-żibel, nies u trakkijiet taż żibel. Jien ġieli rajt xi ħaġa speċjali ġieli jpoġġi xi ħadd li jaħdem ma' taż-żibel. Jien hawnhekk nisma lin-nies jitkellmu u t-trakkijiet jaħdmu.


Jien inħossni imdejjaqq għax jien xtaqt li kieku bqajt ħdejn Ġużeppi fl-għalqa tiegħu.