Ġest sabiħ
Jien ħassejt li kelli nagħmel ġest sabiħ ma' missieri.Il-ġest tiegħi kien li ngħin lil missieri fil-passatemp tiegħu.Il-passatemp ta' missieri huwa li jieħu ħsieb il-pjanti . Kien is-Sibt filgħodu meta qgħadt ngħin lilmmissieri.L-ewwel ħaġa aħna tajna l - vitamini lill - pjanti biex jibqgħu b'saħħithom. Wara żrajna l-pjanti ġol-qsaringħax kellna ftit żerriegħa tal-fjuri.Wara li żrajna knisna l-bejt mill-ħmieġ. Missieri ħassu ferħan se jtir għax kont qed ngħinu.Jien ukoll ħassejtni ferħan. Inħossni li tgħallimt li għandi ngħin biex nara lil ħaddieħor ferħan.