Cookies tal-lewż tal-Għid
1. Ħabbat il-butir flimkien.
2. Żid iz-zokkor.
3. Ħabbat il-butir u z-zokkor flimkien.
4. Żid il-bajd flimkien mal-assenza tal-vanilla u tal-lewż.
5. Ġo kontenitur ieħor ħallat id-dqiq, il-melħ, il-ħmira u l-lewż mitħun.
6. Ħallat mal-bajd u mal-assenza.
7.Itfa' l-kontenitur bit-taħlita ġol-friġġ għal tletin minuta.
8.Ifforma blalen kbar bit-taħlita u itfagħhom fuq karta strazza.
9. Sajjar fil-forn għal għoxrin minuta b' temperatura ta' 180 grad.
10.Iksi l-cookies biċ-ċikkulata l-bajda u żejjen bil-bajd taċ-ċikkulata.