Dar il-Qawsalla
Triq il-Ħobż
Ħaż-Żgħir HZR 4349
30 ta' Novembru 2020
Għażiż Toni
Kif inti? Nispera li inti tajjeb. Illum qed niktiblek biex ngħidlek ftit dwar wieħed mill-passatempi tiegħi.
Dan il-passatemp huwa l-bini ta' mudelli differenti bil-lego. Sa minn meta kelli biss tlett snin, kont diġa' nipprova nikkreja xi affarijiet żgħar. Bdejt dan il-passatemp għax fih nista' nuża l-fantażija kollha possibbli u nista' dejjem noħloq affarijiet ġodda.
Fil-passatemp tal-lego jiena nuża blokks tal-plastik ta' kull qis u kull kulur. Dawn il-blokks jeħlu fuq xulxin b'mekkaniżmu speċjali. Għalhekk jien nista' nibni ħafna affarijiet bħal djar, ajruplani, dgħajjes, annimali u anke dinosawri.
Veru jogħġobni dan il-passatemp! Nista' ngħid illi wieħed mill-favoriti tiegħi. Dan minħabba li kuljum nista' noħroġ b'xi idea jew kreazzjoni ġdida.
Kien propju rigal li qlajt f'għeluq snini minn għand il-ġenituri tiegħi li ħeġġiġni nibda dan il-passatemp. Minn dak inhar id-dinja tal-lego saret taffaxxinani.
Il-bini bil-lego ħafna drabi nagħmlu waħdi. Pero' nixtieq li xi darba nkun nista' nurik il-mudelli kollha li kkrejajt. Forsi xi darba tkun tista' tiġi d-dar tiegħi u nibnu xi mudell flimkien.
Il- ħabib tiegħek
Jake