"Kull meta niftakar fil-bawxata li għaddejt minnha, ħalqi jerġa' jiċċarrat bid-daħk!"




Is-sajf li għadda konna morna Għawdex. Morna "weekend break" maz-ziju, il-kuġina u l-familja kollha.


Iz-ziju minn dejjem iħobb jara x'ħa jivvinta biex idaħħakna. Għalhekk jien ridt li din id-darba naħseb xi ħaġa jien. Filgħodu, qabel qam kulħadd, mort waħħalt it-tazza tiegħu mat-tvalja tal-mejda tal-ikel bil-kolla. Meta kulħadd kien miġbur għall-kolazzjon, iz-ziju ħa t-tazza bil-larinġ u f'daqqa waħda mat-tazza telgħet it-tvalja b'kollox! L-affarijiet kollha li kien hemm fuq il-mejda waqgħu. Iz-ziju qam jiġri għax waqqa' fuqu ċ-ċerejali. Beda jħokk rasu għax ma kienx jaf x'ġara!!


Kulħadd infaqa' jidħak bih!! Din id-darba kienet tmiss lilu li aħna stajna nidħku bih!! Kull meta niftakar fil-bawxata li għaddejt minnha ħalqi jerġa' jiċċarrat bid-daħk għax nerġa' nara z-ziju biċ-ċerejali fuqu, u t-tazza bit-tvalja f'idejh u kollox maqlub fuq il-mejda. Huwa ried ikun jaf min għamilha dik il-bawxata!!

Tafu min kienet?!!