Il-kamra tas-sodda
Il-kamra tas-sodda tiegħi hi miżbugħa kulur ċilesti. L-għamara hi tal-injam, bil-kulur kannella ċar. Fil-kamra għandi sodda b' saqqu komdu ħafna. Għandi komodina żgħira fejn nagħmel il-ktieb li nkun qed naqra matul il-ġimgħa u gwardarobba kbira bil-ħwejjeg tas-Sajf u tax-Xitwa. Għandi ukoll skrivanija fejn nagħmel l-affarjiet tal-iskola. Fuqha għandi kompjuter u laptop li l-mama' u l-papa' jħalluni nużahom fil-ħin liberu tiegħi biex noqgħod nilgħab ftit fuqhom. Fuq l-iskrivanija għandi ukoll ritatt tiegħi ta' meta kont żgħir. Fil-kamra għandi tieqa, li ma nistax niftaħha għax tagħti għal tliet sulari 'l isfel . Għandi ukoll ħafna kotba biex noqgħod naqra u ħafna ġugarelli kbar u żgħar. Il-ġugarelli favoriti tiegħi huma l-karozzi u l-Lego.