'Halloween cupcakes'

Fil- vaganzi għamilt cupcakes bit-tema tal-Halloween. Hawnhekk ħa nuri riċetta u kif għamilthom ;)


INGREDJENTI


  1. 170gr zokkor
  2. 70gr butir mhux mielaħ
  3. 70gr butir tal-karawett
  4. 2 bajdiet
  5. 1 kuċċarina vanilla paste
  6. 230gr dqiq
  7. 1 kuċċarina baking powder
  8. ftit melħ
  9. 260ml ħalib
  10. 190gr biċċiet taċ-ċikkulata


METODU


  1. L-ewwel xgħelt il-forn fuq 180oC biex jilħaq jisħon il-forn.
  2. Ġo bowl tfajt z-zokkor, butir, bajd, butir tal-karawett u l- vanilla. Ħawwadhom flimkien ġo mixer.
  3. Tfajt id-dqiq flimkien mal-'baking powder', melħ, ħalib u l- biċċiet taċ-ċikkulata. Ħawwadthom flimkien mat-taħlita l- oħra.
  4. Lestejt tnax-il forma tal-'cupcakes' u imlejthom bit-taħlita.
  5. Tfajthom fil-forn għal madwar 20 minuta.
  6. Xħin saru ħallejthom jiksħu.
  7. Ksejthom bil- 'butter cream' sewda u bl-'icing' abjad għamilt forma ta' għanqbut.


Ħadt ħafna gost nagħmilhom, nixtieqkhom li tippruvawhom ;)