Kull meta niftakar fil-bawxata li għaddejt minnha, ħalqi jerġa' jiċċarat bid-daħk!

Mela darba meta jien kont żgħira għamilt bawxata li żgur nibqa' niftakar u nidħaq bija nnifsi. Jiena kelli biss tliet snin imma xorta għadni niftakar din il-praspura.


Il-mama' qaltli li ser tidħol torqod u jien għidtilha, "Owkej ma!" Jien minn dejjem kont nara lil ommi tagħmilli xagħri u kont ninnota x'kienet tagħmel...allura jien mort inkiss inkiss fil-kamra ta' ommi u ta' missieri u qbadt il-ġel. Jien ftaħtu u bdejt inferrex il-ġel kollu fuq xagħri. Jien bdejt nieħu pjaċir indellek u ngħaffeġ il-ġel ma' xagħri u nitkellem miegħi nnifsi fil-mera. Wara xi tliet kwarti il-mama' qamet u ġiet ġol-kamra u tgħidx x'qatgħa ħadet x'ħin ratni b'dak il-ġel kollu ma' rasi!


Il-mama' damet ġurnata tipprova tneħħi l-ġel minn ma' xagħri. Minn wara dik il-ġurnata tgħallimt li rrid nitfa ftit ġel mhux il-bott kollu!!!! Meta niftakar f'din il-bawxata li għaddejt minnha, jien vera jaqbadni d-daħk.