Jiena bagalja

Jiena bagalja kbira u qadima u l-kulur tiegħi huwa vjola ċar. Sidi hija Maggie Spiteri u jien nintuża ħafna għas-safar u ngħin lil sidi jżomm il- ħwejjeġ tagħha.


Kull sajf nintuża u nsiefru jien u hi. Maggie Spiteri titfa' turrun ħwejjeg u ġojjelli ġo fiha. Meta nsiefer inkun daqsxejn ferħana u daqsxejn imdejqa. Jien inkun imdejqa għax in-nies iweġġgħuni meta jwadbuni bl-addoċċ fuq l-ajruplan. Jien inħossni ferħana għax jiena nieħu pjacir inxomm ir-riħa ta' pajjiżi oħrajn. Jiena mort Għawdex, Pariġi, Gardaland u Etnaland, fi Sqallija. Jiena qatt ma kellimt bagalji oħra għax nistħi ħafna.


Darba fost l-oħrajn raġel qabadni bil-goff u qattagħli ż-żipp. Jiena issa norqod fuq gwardarobba. Ma kinitx din il-covid li ġiet fid-dinja!! Kemm nixtieq li jgħaddi kollox ħa nerġa' nibda ndur id-dinja.