Il-Milied f'Malta



Kulħadd jiċċelebra l-Milied fix-xahar ta' Diċembru. Din il-festa hija mportanti għall-Insara għax jiċċelebraw it-twelid ta' Gesu'.


F'dan l-artiklu se niddiskutu fuq tlett affarijiet. It-tradizzjonijiet li l-Insara jiċċelebraw huma l-purċissjoni bil-Bambin, il-quddiesa ta' nofs il-lejl , il-Bambin fit-tieqa u l-grotta . Hemm ukoll in-Novena , il-ġulbiena u l-Avvent.


Is-simboli u d-dekorazzjonijiet marbuta mal-Milied huma Santa Klaws, il-bastun taz-zokkor, il-kalzetta tal-Milied, il-blalen tal-kulur, is-siġra tal-Milied u l- ponsjetta. Dawn huma kollha dekorazzjonijiet tal-Milied.


Bħala ikel tradizzjonali nsibu l-qastan tal-imbuljuta, il-pudina tal-Milied,il-qagħaq tal-għasel , id-dundjan u l-panettone.


It-tradizzjonijiet tal-Milied huma speċjali u importanti għax ifakkruna fit-twelid ta' Gesu' Bambin.