18, Dar Is-Sliem,
Triq l-Iskola,
Birzebbuga.
26 ta Novembru, 2020.
Għażiż Jamie,
Kif int? Nispera li tinsab tajjeb. Issa ilna daqsxejn ma niltaqgħu.
Kif inhuma l-ġenituri tiegħek? Aħna lkoll ninsabu mhux ħażin grazzi. Tiftakar kemm ħadna gost is-sajf li għadda, kemm grejna u dħaqna.
Illum qed niktiblek din l-ittra biex nistiednek għall-festin virtwali tal-Milied. Il-festin se jsir nhar il-Ħadd 24 ta' Dicembru 2020 għall-ħabta tat-tmienja ta' filgħaxija fuq Ms TEAMS. Se nagħmlu l-festin virtwali minħabba Covid 19 u għax ma nistgħux niltaqgħu u nkunu ħafna nies. Fil-festin tista' tilbes flokk aħmar bic-ċriev. Għall-ikel se jiġi Dominos u se jagħtik l-ikel biex tiekol id-dar. Peress li se niċċelebraw il-Milied, poġġi bit-tablet jew laptop ħdejn is-siġra tal-Milied. Fil-Festin se nieħdu gost għax se nieklu, nixorbu, nitbelħu, nidħku u niżfnu.
Issa ser ikolli nħallik għax irrid immur insajjar. Jekk jogħġbok għidli tistax tkun preżenti fil-festin virtwali minħabba l-ikel.
Dejjem tiegħek,
Ann marie