Jien bagalja

Jien bagalja sabiħa ħamra bil-blu. M'inhiex bagalja kbira u lanqas bagalja zgħira, imma bagalja imdaqsa. Hemm wieħed jismu Ċikku u dan huwa sidi. Jien nintuża biex inġġor l-affarjiet.


Ċikku jużani biss fis-sajf. Ġo fija jitfa' flokkijiet u qliezet u ħafna aktar. Jien u Ċikku morna l-Amerika u morna Disneyland. Meta ġiet dik il-ġurnata kont ferħan se ntir. Imma meta qabadni dar-raġel u waddabni wisq bil-goff, hu kissirli waħda mir-roti. Meta kont fuq l-ajruplan jien irqadt. Wara bagalja oħra qajmitni u qaltli li wasalna. Kif wasalna jien għidt, din mhux l-Amerika. Kelli immur ġo ajruplan ieħor. Kif wasalt, Ċikku rani u tgħidx kemm feraħ bija! Lura lejn Malta wara l-vaganza Ċikku tilifni u sibt ruħi ħdejn siġra.


Jien nixtieq li jsibuni ħalli b'hekk inkun nista' nerġa' nibda nsiefer. Bħalissa qed inħossni mdejjaq. NIspera li dan iż-żmien jgħaddi malajr.