Is-Sibt 21 ta' Ottubru 2023


Għażiż Djarju,


Filgħodu qomt u mort il-'Girl Guids'.Ħadt ħafna gost għax tgħallimna dwar in-nisa li marru fl-ispaazju. Imbagħad qgħadna npenġu awstronawta u għamilna kraft tal-ispazju.


Wara morna l-festa taċ-ċikkulata u aħna tgħidx kemm gawdejna u skoprejna ikel differenti bħall-ġbejniet taċ-ċikkulata. Il-Mama' u l-papa' xtrawlna pasta taċ-ċikkulata, biskuttini u ċikkulata tal-Brażil.



Il- Ħadd 22 ta Ottubru 2023


Għażiz Djarju



Filgħodu mort il-fiera tal-kotba wara l-quddiesa. Rajna ħafna kotba, ovvjament! Rajna ħafna klieb ukoll. Imma inzertajna li kienu kitbu stejjer fuqhom. Il favorit tiegħi kien ġeru jisima Kajla u l-mama' xtratli l-ktieb tagħha. Dabbart xi ħames kotba u bdejt naqra kif wasalt id-dar. Għandi seba mitt sena sakemm naqrahom kollha!


Tnejn 23 ta' Ottubru 2023


Għażiż Djarju


Wara l-iskola tgħidx kemm domt nagħmel ix-xogħol tad-dar għax kelli nagħmel tal-jumejn li tlift il-ġimgħa li tlift il-ġimgħa l-oħra għax kont ma niflaħx.Wara ix-xogħol tad-dar il-mama' għamlitilna l-'pizza'. Mmm-kemm kienet tajba! Imbagħad morna għand in-nanna u bħas-soltu sibna n-nanna tistenniena fil-kċina bl-ikel fuq il-mejda, u mhux talli hekk, qabel tlaqna tawna ċikkulata tal-'Halloween'!



Djarju