Il-ħanut tal-illużjonijiet u l-bużolotti


Kien is-sibt wara nofsinhar fis-sajf. Jiena kont miexi ġo sqaq jismu San Kristofru il-Belt Valletta. Dlonk ilmaħt ħanut bl-isem ta’ 'Bakketta Maġika'.

 


Il-ħanut kien jidher mitluq tassew. Għelbitni il-kurżita’, u jiena ddeċidejt li nidħol ġewwa. Hekk kif ftaħt il-bieb insib liz-ziju tiegħi ġol-ħanut li kien mar jixtri bakketta peress li il-bakketta li kellu nkisritlu waqt li kien qed jagħmel il-maġija.

 


 Il-ħanut kellu diversi bużulotti fosthom:karti tal-logħob enormi,muniti li jisparixxu, fliexken taparsi vojta,likwidu splussiv,likwidu li jibdlek f’annimal,bakketta titwal u tiqsar,bżar biex tagħtas,kamera biex tieħu ritratti tad daħq u bosta affarijiet oħra maġiċi. Dan il-ħanut għoġobni minbarra għax kien fuq il-ġebla iżda ġewwa kien modern.

 


     F’dik il-ġurnata kont kuntent li qtajt xewqti. Peress li issa kont naf fejn qiegħed il-ħanut jiena bdejt nixtri l-affarijiet u immur għand iz-ziju peress li kien illużjonista. Jien bdejt nitgħallem il-maġija u wara ftit prattika jiena sirt illużjonista professjonali wkoll!