Ġurnata fil- kampanja
Is - Sibt li għadda morna ġurnata fil- kampanja . Jien u oħti konna ħafna ferħanin. Ommi ppakkjat il- ftajjar bit -tonn taż żejt. Missieri ppakkja x-xorb u jien u oħti lestejna l- logħob. Il- basket kien mimli sa ruħ ommu u tqil ċomba!
Dħalna fil - vann u morna fil- ġnien ta' Ħaż - Żabbar. Bħas- soltu missieri saq u malajr wasalna. Malli wasalna frixna t- tapit u jien u kuġinuwi qgħadna nilagħbu il- futbol. Wara mort dawra bir - rota u lgħabt ftit mal - kelb tiegħi Max. Ħassejtni ferħan se ntir! Ħmistax-il minuta wara mort niekol il-ftira bit -tonn taż- żejt u wara ħadt biċċa ċikkulata. Ħassejtni għajjien mejjet bil ġiri li ġrejt . Waqt li kont qalb il - kampanja ħassejtni fil - ġenna tal- art! Fl- aħħar lgħabna ftit 'board games' .
F'kemm ilni ngħidlek saru s- sebgħa u aħna l- anqas ndunajna li kien sar daqshekk ħin ! Ippakkjajna malajr u dabbarna rasna lejn id - dar.