Is-sena li għaddiet fil-Karnival, jien ilbist ta prinċipessa li kellha libsa roża, blu u bajda. Jiena u ħija morna l-Belt Valletta mal-mama' u man-nanna.
Aħna rajna ħafna karrijiet sbieħ tal-karnival b'kuluri jixgħelu u rajna ħafna nies libsin maskri tal-karnival. Kien hemm min kellu maskra bir-rix ikkulurit u bil-glitters. Ħassejtni eċitata għax in-nanna qaltli li konna se nixtru prinjolata u ftit perlini!
U hekk għamilna. Wara li kilna il-prinjolata u l-perlini ħija kien tħajjar jipprova jirbaħ xi premju tal-ġostra! Il-mama qaltlu iva biex ikun jista jipprova jirbaħ il-premju.
Huwa mar jiġri għal fuq il-ġostra, miss il-premju imma xorta waqa' ġol-baħar! Imma ħija qatt ma jaqta' qalbu u baqa jipprova sakemm fl-aħħar irnexxilu jilħaq il-premju! Filwaqt li kien qed jipprova, huwa tgħidx kemm il-darba żelaq u jien tgħidx kemm dħaqt bih! Daqs kemm kien kuntent wiċċu xegħel bil-ferħ! Kien vera tad-daħq u kien l-ewwel darba li rebaħ premju għalek kien karnival li żgur mhux ħa ninsa'!
Il-Karnival li ma ninsa qatt