Il-ħanut tal-illużjonijiet u l-bużulloti
Darba waħda kont ilmaħt ħanut tal-maġija. Kien jismu 'Maġija Storbjuża' u qiegħed fiż-Żejtunfi Triq Lorenzo li jgħidulha it-triq id-dejqa .
Minn barra kien qisu dar ta' saħħara imma aktar stramba minn hekk għax kien imkisser u nofsu kkullurit . Il-ħġieġ tal-vetrina kien imkisser kważi kollu . Ġol-vetrina hemm xkupa maġika , tapit bin-nar fuqhom ,kaxxi li jekk tifqagħhom jikkawżaw bomba u frak kkullurit. Minn ġewwa kien modern ħafna u kollox f'postu . Minn barra kien jidher mod , filwaqt li minn ġewwa kien qisu lukanda prezzjuża mgħammra bl-isbaħ għamara . Ġol-ħanut kien hemm xi tip ta logħob fosthom muniti jisparrixu , likwidu splussiv u bakketa maġika . Jien xtrajt kamera tar-ritratti u kelli seba' mitt sena sakemm nippruvaha.
Kont ilni ħafna biex immur u fl-aħħar qtajt xewqti u mort . Fil-futur nerġa' mmur żgur u din id-darba nixtri xi ħaġa oħra.