Noah Stivala
L-Erbgħa, 25 ta' Jannar 2023
Ir-Robot
Ir-robot tiegħi ltqajt miegħu waqt li hu kien qiegħed fuq xogħolu jqassam il-posta.
Hekk kif darba minnhom ħrigt niċċekja fil-kaxxa tal-ittri biex nara waslitx il-posta, lmaħt robot riesaq lejja. Dan ir-robot kellu par antenni, par roti magenb saqajh u basket ma spallejh bil-"logo" tal-posta fuqu mimli sa fuq bl-ittri.
Maż-żmien drajtu lir-robot jiġi jqassam il-posta lin-nies tat-triq taghna. Darba minnhom sellimtlu u huwa waqaf ikellimni. Maż-żmien sirna ħbieb u mhux l-ewwel darba li stedintu jidħol s'għandna. Ir-robot kien tajjeb ħafna f'xogħolu kien effiċċjenti ħafna u kien maħbub minn kulħadd. Sfortunatament ġie żmien fejn ma bqajtx narah u skoprejt li ġratlu xi ħsara gol-magna tiegħu. Milli jidher għamel żmien twil għand il-mekkanik għat-tiswija. Minn dak iż-żmien 'l hawn m'erġajtx ltqajt miegħu.
Jiddispjaċini li m'għadnix narah. Kont nieħu gost narah fit-triq tiegħi. Nittama li ma jdumx ma jissewwa u li nerġa narah fuq xogħolu fit-triq tiegħi.