Djalogu bejn ċikkulata u tuffieħa.



Ċikkulata : Bonġu.

Tuffieħa : Bonġu ! kif inti ?

Ċikkulata : Mhux ħażin. Daqsxejn għajjiena u inti ?

Tuffieħa : Jiena mimlija enerġija !

Ċikkulata : U iva ! anke jien. Imma kelli x'nagħmel u issa għajjiena.

Tuffieħa : Mhux ovja li għajjiena ! Dik iċ-ċikkulata kollha.

Ċikkulata : Eee ?! M'intix taħseb li inti aħjar minni hux ?

Tuffieħa : Bil-fors ! Jien tuffieħa. Jien frotta friska u fija għandi ħafna vitamini. Mhux bħalek mimlija zokkor !

Ċikkulata : Imma jien għandi tomgħa tajba wisq. Kulħadd iħobbni !

Tuffieħa : Mhux anka jien tajba ! Imma jien bnina u tajba ukoll għas-saħħa. Jien nipproteġi lil min jiekolni mill-mard. Inti x'tagħmel ? Tħassar is-snien. Hekk sew ?

Ċikkulata : Vera qed tgħid x'waħda din ! Issa allura jien x'ser nagħmel ? Kemm jien sfortunata.

Tuffieħa : Tinkwieta xejn ! L-importanti li min iħobbok jiekol minnek bil-qies.