Spettaklu ta'talenti

Il-Gazzetta Taż-Żejtun

Fid-disgħa ta' Diċembru li għadda

fl-iskola primarja taż-żejtun ġiet

organizzata attivita i jisimha Żejtun

Skola Festival. F'dan il-festival kien

hemm wirja ta'talenti kantanti,

mużiċisti, żeffiena u akrobati.Din is-

serata damet tliet siegħat u saret fis-

sala prinċipali tal-iskola li kienet

mimlija sa ruh ommha.

F'dan il-festival ipparteċipaw 'il fuq minn ħamsin parteċipant. Biex tieħu sehem f' dan l-ispettaklu kellek tkun student din l-iskola. Fost il-ħafna wirjiet li kien hemm għoġbitni waħda li għalija kienet ta' barra minn hawn.

Tifel twil jismu Ġanni daqq strument li jien qatt ma kont rajt bħalu. Dan kien vjolin li kien tah il-bużnannu tiegħu.

Għal din l-okkażjoni kien hemm preżenti il-Ministru tal-Edukazzjoni u l-President ta'Malta.Waqt din l-attivita' inġabru donazzjonijiet għal-Puttinu.Inġabru somma sabiħa ta' elfejn ewro.

Ir-rebbieħ ta'dan il-festival kien it-tifel tal-vjolin. Dan impressjona lil kulħadd anke lil ġurija. Jien ħadt gost ħafna nara lil sħabi fuq il-palk.L-unika ħaġa li dejqitni kienet li domna ħafna ħin biex nidħlu ġewwa s-sala.