Kull meta niftakar fil-bawxata li għaddejt minnha, ħalqi jiċċarrat bid-daħk.

Darba waħda kelli l-prattika tat-tieġ taz-zija. Il-prattika kienet il-pixxina fejn il-"pool".


Jiena mort bil-malja għax kien għadu l-ħin u kien għadu d- dawl. Jien ħsibt li sakemm isir il-ħin nilħaq ngħum ftit, aħjar milli noqgħod niċċassa lejn il-"pool". Meta wasalt kważi kulħadd kien qed jgħum u għedt imnalla ġejt bil-malja għax kont narahom jgħumu u jien ma kontx inkun nista' ninżel mingħajr il-malja. Għamilt xi sagħtejn ngħum u wara tlajt, inħsilt u bdejna l-prattika. Jien kelli nżomm iċ-ċrieket peress li kont il-'pageboy'. Meta kelli ċ-ċrieket, iċċaqlaqt ftit bis-saħħa u f'daqqa waħda ċ-ċrieket taruli u waqgħu ġol-"pool". Tgħidx kemm irrabjaw dak il-ħin iżda qaluli li ma kienx it-tort tiegħi għax iċ-ċrieket ma kienux marbutin tajjeb u għalhekk kien faċli jaqgħu.


Peress li l-"pool" tal-pixxina kien fond ħafna xi ħadd kellu jaqbeż imma xorta ma rnexxilhomx minħabba n-nifs. X'waħda dinnn! Wara sirt naf li dawk ma kinux iċ-ċrieket ta' veru li kellhom jużaw għat-tieġ!